Maypole Logo
Maypole Logo
Nothing says homemade like Maypole

Maypole jissieħeb mal-Università ta’ Malta biex jgħallem il-Malti lill-impjegati

Published: June 6, 2025

Maltese Version 🇲🇹

Ħobżna ta’ kuljum, bil-Malti!

Maypole jissieħeb mal-Università ta’ Malta biex jgħallem il-Malti lill-impjegati

Id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta bi pjaċir iħabbar kors ġdid bi sħab mal-kumpanija Maypole bl-għan li jgħallem il-Malti lill-impjegati barranin li jaħdmu fil-ħwienet. B’din l-inizjattiva, is-settur privat qed jinvesti bil-qawwi f’taħriġ fl-ilsien Malti.

Il-kors, li fih 17-il sessjoni prattika, hu mfassal madwar il-ħtiġijiet komunikattivi tal-impjegati fil-ħwienet.

 

L-enfasi hi fuq il-ħiliet tas-smigħ u t-taħdit iżda jkopri xi elementi bażiċi tal-grammatika meħtieġa għall-komunikazzjoni.

Minn din l-inizjattiva se jgawdi kulħadd: il-klijenti jistgħu jinqdew bil-Malti, l-impjegati jagħtu servizz aħjar fuq ix-xogħol u jħossuhom parti mill-komunità, u Maypole taqdi lill-klijentela tagħha aħjar. Il-pubbliku jista’ jgħin billi juri li qed japprezza l-inizjattiva tal-impjegati li jitkellmu bil-Malti. Dan huwa proċess li jieħu ż-żmien tiegħu imma joffri sodisfazzjon kbir u jiftaħ it-triq għal ħbiberiji ġodda.

 

 

 

Il-kors jixhed l-impenn kontinwu tal-Università ta’ Malta li taħdem mill-qrib mal-industrija daqskemm li tadatta t-tagħlim għall-bżonnijiet lingwistiċi tas-soċjetà Maltija.

Għoxrin sena ilu, id-Dipartiment tal-Malti beda joffri l-korsijiet tal-Malti bħala Lingwa Barranija. Bdew bi ftit studenti. Maż-żmien komplew jiżdiedu tant li din is-sena iktar minn 800 ruħ qegħdin jistudjaw il-Malti bħala Lingwa Barranija — min b’mod ġenerali u min f’kuntest speċjalizzat, bħall-Malti fil-qasam tas-saħħa.

Waqt it-tnedija tal-kors, is-Sur Bastjan Debono, Direttur ta’ Maypole, qal li “Mil-lum lill-klijent ħa nkunu nistgħu naqduh mill-a saż-żeta, għax se nibdew nagħtu taħriġ lill-impjegati barranin tagħna biex jitgħallmu l-Malti ħalli jkunu jistgħu jintegraw iktar mal-klijentela tagħna. B’hekk, inkomplu nħaddnu l-kwalità u s-servizz bi tbissima”. Fi kliem il-Prof. Simon Fabri, il-Prorettur tar-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien, “Bħala Università, aħna kburin ħafna b’din l-inizjattiva ta’ kooperazzjoni li hemm bejn il-kumpanija Maypole u d-Dipartiment tal-Malti biex jingħata dan it-taħriġ lill-ħaddiema barranin li jaħdmu mal-Maypole”.

 

English Version 🇬🇧

Give us our daily bread, in Maltese!

The Department of Maltese at the University of Malta is proud to launch a new Maltese language course in collaboration with Maypole, aimed at non-Maltese-speaking employees working in the company’s shops. This initiative highlights the private sector’s growing commitment to Maltese language learning.

The course is built around 17 practical sessions focused on real-life shop interactions.

It prioritizes speaking and listening skills while also covering basic grammar essentials to support communication.

This initiative benefits everyone: customers can be served in Maltese, employees feel more integrated at work and in the community, and Maypole strengthens its ties with its clientele. The public can support the initiative by showing appreciation for employees who make the effort to speak Maltese. It’s a process that takes time, but it brings great satisfaction and opens the door to new friendships.

 

 

The course reflects the University’s ongoing commitment to work closely with industry and society, ensuring that its teaching remains relevant and responsive to evolving linguistic needs.

Twenty years ago, the Department of Maltese introduced courses in Maltese as a Foreign Language. The courses started with just a few students. Over time, the numbers continued to grow so much that this year more than 800 people are studying Maltese as a Foreign Language — some in a general context and others in specialised areas, such as Maltese for the health sector.
During the launch of the course, Mr Bastjan Debono, Director of Maypole, said: “From today onward, we’ll be able to serve our clients from A to Z, because we’re starting to provide training to our foreign employees so they can learn Maltese and better integrate with our clientele. In this way, we continue to uphold quality and service with a smile.”

In the words of Prof. Simon Fabri, Pro-Rector for Research and Knowledge Transfer: Prof. Simon Fabri, Pro-Rector for Research and Knowledge Transfer, remarked: “As a University, we take great pride in this collaborative initiative between Maypole and the Department of Maltese, which is providing language training to the foreign employees working at Maypole.”

Let's keep in touch

Subscribe to our newsletter, and we will send you occasional newsletters, healthy recipies and special offers.

0